Jien offrejt kemm-il darba r-riżenja tiegħi lill-Prim Ministru, imma Joseph Muscat qatt ma aċċettaha.
Hekk saħaq Keith Schembri f’email li bagħat lill-mijiet ta’ persuni bħala parti mill-Kampanja Elettorali tal-Partit Laburista.
Keith Schembri ddeskriva lil Joseph Muscat mhux biss il-bniedem li impjegah, imma hu wkoll l-akbar ħabib tiegħu.
Joseph Muscat ftit tal-ġimgħat ilu waqt li kien qed jindirizza l-mass meeting tal-Partit Laburista fl-Imqabba kien qal li kien hu stess li żamm lil Konrad Mizzi u Keith Schembri qrib tiegħu għax kellu bżonnhom.
Keith Schembri bħalissa jinsab għaddej minn żewġ inkjesti kriminali minħabba ħasil ta’ flus u korruzzjoni.
Fl-istess ħin qed ikunu wkoll ppublikati diversi stejjer oħrajn li jkomplu jikxfu l-aġir ta’ Keith Schembri bl-aħħar allegazzjonijiet jikkonsistu dwar ‘kickbacks’ fil-proġett tal-powerstation il-ġdida u anke t-tanker tal-gass.
//= $special ?>