Internazzjonali

Is-Sri Lanka: Ġlieda mal-ħin biex isalvaw vittmi tal-għargħar

epaselect epa05994743 People walk in flood waters at Athwelthote in Baduraliya, some 98 kilometers from Colombo, Sri Lanka, 28 May 2017. Following a prolonged drought Sri Lanka has been hit with the monsoonal rains for the past few days causing heavy flooding and landslides in several parts of the island including its capital Colombo. The government's Disaster Management Centre confirmed that 100 deaths have been reported while 99 are missing and over 53,000 have been displaced. EPA/M.A.PUSHPA KUMARA

L-iskwadri tas-salvataġġ fis-Sri Lanka, appoġġjati minn ħelikopters, ħadu sehem fl-evakwazzjonijiet kontinwi ta’ nies miż-żoni vulnerabbli u fost it-tfittxija għal persuni li spiċċaw iżolati f’‘artijiet ta’ ħadd’, b’kaġun ta’ għargħar qawwi u l-gliegel tat-tajn sussegwenti.

Is-sitwazzjoni ta’ emerġenza ilha effettiva għal jiem, bl-għargħar u t-tajn jgħarrqu diversi neighbourhoods fis-Sri Lanka, fost ċirkustanzi li fihom inqatlu almenu 170 persuna.

Hu minnu wkoll li l-awtoritajiet għaddejjin bi ġlieda mal-ħin biex jevakwaw ir-residenti tal-aktar  inħawi esposti għal periklu. Dan meta, ‘il quddiem, mistenni aktar inżul tax-xita li, bla dubju, għandha tikkumplika l-isforzi għas-salvataġġ.

S’issa, ‘il fuq minn 100,000 persuna laħqu sabu kenn f’xi 340 kamp tal-għajnuna li twaqqfu lejn in-nofsinar u l-punent tal-pajjiż.

Saru xi ħaġa ta’ kuljum id-dehriet tad-dgħajjes tal-Armata għaddejjin mit-toroq mgħarrqin tal-villaġġi Srilankani. L-uffiċjali lokali qalu wkoll li għadhom rappurtati nieqsa ‘il fuq minn 100 persuna sa mill-ewwel inċidenza ta’ għargħar, nhar il-Ġimgħa. Dan waqt li kaskati sħaħ ta’ tajn aħmar ‘belgħu’ numru kbir ta’ residenzi qalb il-villaġġi.