Lokali

AĠĠORNATA: 15-il tifla l-isptar wara inċident bil-minibus li kienu fiha; tnejn bi ġrieħi gravi

(Ritratt: Matthew Tabone)
Fuq il-post tal-inċident issejħet l-ambulanza iżda għadu mhux magħruf kienx hemm persuni li soffrew ġrieħi.

Ħmistax-il tifla li kienu għadhom kif spiċċaw mill-iskola kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara inċident tat-traffiku f’Burmarrad.

Tnejn minnhom sofrew ġrieħi gravi waqt li l-kumplament sofrew minn ġrieħi ħfief jew xokk.

Kien għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar li vettura tat-tip Toyota misjuqa minn żagħżugħ li kienet nieżla minn Trq l-Għazzara baqgħet ħierġa għat-triq prinċipali, Triq Burmarrad.

Kien f’dan il-mument li l-vettura laqtet il-minibus mimlija bit-tfal bil-konsegwenza li x-xufier tilef il-kontroll tal-vann u baqa’ dieħel f’faċċata ta’ forn.

Fuq il-post issejħu ħames ambulanzi li ħadu kemm lit-tfal tal-iskola kif ukoll lis-sewwieq tal-minibus lejn l-isptar għall-kura.

It-tfajliet kollha għandhom bejn id-9 u l-11-il sena u huma studenti tal-iskola Santa Monika f’Birkirkara.

Konsegwenza tal-inċident, it-triq kellha tingħalaq mi-żewġ naħat, kemm mill-Mosta qrib il-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta kif ukoll min-naħa ta’ Buġibba. Dan filwaqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili waslu fil-post biex ineħħu l-periklu minħabba ammont ta’ żejt li nxtered fit-triq.

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil wassal messaġġ ta’ solidarjetà kemm mat-tfal involuti u kemm mal-ġenituri tagħhom permezz ta’ Tweet fuq il-midja soċjali.

(Ritratt: Matthew Tabone)
(Ritratt: Matthew Tabone)
(Ritratt: Matthew Tabone)
(Ritratt: Matthew Tabone)
(Ritratt: Matthew Tabone)

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil wassal messaġġ ta’ solidarjetà kemm mat-tfal involuti u kemm mal-ġenituri tagħhom permezz ta’ Tweet fuq il-midja soċjali.