Lokali Mużika

Destiny illejla tikkompeti għall-finali ta’ Britain’s Got Talent

Il-Final ta' Britain's Got Talent se jkun qed isir nhar il-Ħadd 4 ta' Ġunju.

Fit-8:30 tal-lejla (7.30PM ħin Ingliż), il-kantanta Maltija Destiny Chukunyere se tkun qed tkanda fis-serata tas-semi finali ta’ Britain’s Got Talent. Fil-fatt, Destiny se tkun qed tkanta f’serata live u sabiex tgħaddi għall-finali trid tikseb l-akbar ammont ta’ voti mill-pubbliku.

Destiny għaddiet għas-semi finali wara li rnexxiela timpressjona lill-ġurija, fosthom Simon Cowell li jkun kritiku ħafna fil-konfront ta’ kantanti oħra. Madanakollu fil-każ tal-Maltija kien differenti. Fil-fatt, wara li sema’ lil Destiny tkanta, Simon Cowell baqa’ mistgħaġeb bit-talent tagħha. Wara dakinhar hi għaddiet mad-39 finalist ieħor.

Ir-rebbieħ/a ta’ dan ix-show televiżiv se jkollu l-opportunità li jieħu sehem fir-Royal Variety Show quddiem ir-Reġina Eliżabetta. Il-Final ta’ Britain’s Got Talent se jkun qed isir nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju.

Din mhijiex l-ewwel kompetizzjoni kbira li Destiny ikkompetiet fiha. Fil-fatt, il-kantanta ta’ 14-il sena kienet waħda mir-rebbieħa tal-Junior Eurovision waqt li kienet qed tippreżenta lil Malta.

 

 

Tags