Żewġt irġiel huma akkużati b’10 serqiet minn pompi tal-petrol tal-petrol. Dawn is-serqiet ta’ eluf ta’ ewro fi flus kontanti saru minn numru kbir ta’ pompi tal-petrol fosthom Ħaż-Żebbuġ, Ħ’ Attard, Ħal Qormi, l-Gżira u Ta’ Xbiex.
Dawn l-10 serqiet saru bejn żewġt irġiel saru minn raġel ta’ 31 sena mill-Belt Valletta u raġel minn Bormla ta’ 42 sena. L-irġiel tressqu quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud akkużati b’dawn is-serqiet u ħsara fil-postijiet imsemmija li saru bejn Jannar u Mejju tal-2017.
Minbarra dawn l-akkużi, ir-raġel ta’ 31 sena ġie akkużat ukoll li seraq pjanċi tar-reġistrazzjoni, li saq vettura bi pjanċi li jappartjenu lill-vettura oħra u li naqas milli jħares l-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati.
Iż-żewġ persuni ġew akkużati ukoll u li saru reċidivi b’diversi sentenzi tal-Qorti.
Huma ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom, fejn ir-raġel ta’ 31 sena ingħata 54 xahar priġunerija, filwaqt li r-raġel ta’ 42 sena, ingħata 18-il xahar priġunerija. F’isem il-Prosekuzzjoni deher l-Ispettur Roderick Agius.
//= $special ?>