Waqt konferenza tal-aħbarijiet, hekk kif kien qed jirrispondi d-domandi tal-ġurnalisti – Joseph Muscat inqabad jigdeb għal darb’oħra. Keith Schembri ilbieraħ f’email li bagħat il-votanti – qal li hu offra r-riżenja tiegħu minn Chief of Staff diversi drabi, iżda Joseph Muscat webbes rasu u żammu miegħu.
Iżda hawnhekk Joseph Muscat inqabad f’gidba – meta mistoqsi minn ġurnalist għalfejn ma laqax ir-riżenja ta’ Keith Schembri, Joseph Muscat qal li ċ-Chief of Staff tiegħu ried jirriżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Kif wieħed jista’ jara fl-istqarrjia ta’ Keith Schembri, kliem Joseph Muscat ma jagħmilx sens. Dan hu dak li qal Keith Schembri u r-raġuni li ta dwar għalfejn ried jirreżenja aktar minn darba:
Ir-raġuni li ta Keith Schembri hi dwar l-akkużi fil-konfront tiegħu u dwar il-provi li tressqu l-Qorti dwar ħasil ta’ flus, tixħim u korruzzjoni – minn naħa l-oħra Joseph Muscat qal li minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Huwa evidenti, li Joseph Muscat inqabad jigdeb għal darb’oħra.
//= $special ?>