Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Simon Busuttil jiltaqa’ mal-komunita’ tan-negozju u l-intrapriża f’Għawdex

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil stqarr li llum l-Forza Nazzjonali qed tersaq quddiem l-Għawdxin b'sett ta' ideat konkreti

Waqt laqgħa mal-komunita’ tan-negozju u l-intrapriża Għawdxija, il-Forza Nazzjonali preżentat il-programm elettorali speċifiku għal Għawdex – proposti li ġew imfassla wara li l-Partit Nazzjonalista sema’ dak li riedu l-Għawdxin.
Matul din il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil stqarr li llum l-Forza Nazzjonali qed tersaq quddiem l-Għawdxin b’sett ta’ ideat konkreti. Dawn jinkludu l-link permanenti bejn iż-żewġ gżejjer, it-tisħiħ tal-identita’ Għawdxija u investiment fl-Isptar ta’ Għawdex b’fondi Ewropej.

Simon Busuttil fakkar kif hu fl-aħħar snin dejjem żamm kuntatt mal-Għawdxin, u mal-komunita’ kummerċjali Għawdxija. Imbagħad kien f’Jannar li għadda meta tlaqqat il-Konvenzjoni Ġenerali fejn beda proċess iffukat ta’ konsultazzjoni li ġabar l-ideat tal-Għawdxin kollha.
Quddiem diversi rappreżentanti tan-negozji Għawdxin, tkellem ukoll l-inġinier Simon Mizzi illi mexxa il-Konvenzjoni Idea Għawdex. Hu stqarr illi f’ħames xhur ġabar ‘il fuq minn 400 proposta illi ġew iffiltrati għal mija sabiex ikun hemm programm iffukat għall-ħames snin li ġejjin. Dawn il-100 proposta tal-Forza Nazzjonali issa jinsabu fil-programm elettorali speċifiku għal Għawdex.