Lokali

Għexieren ta’ Maltin jingħaqdu mal-Għawdxin għall-Mass Meeting

Maltin fi triqithom lejn Għawdex għall-Mass Meeting tal-PN (Ritratt: Marco Spiteri)

Għexieren ta’ Maltin qed jinvadu l-vapuri tal-Gozo Channel biex imorru lejn Għawdex għall-Mass Meeting li se jsir illejla fir-Rabat u li se jkun indirizzat mill-Kap tal-PN Simon Busuttil.

Il-Mass Meeting se jibda fis-6:30p.m. u din se tkun l-aħħar attivita’ tal-kampanja elettorali f’Għawdex qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ nhar is-Sibt li ġej.

(Ritratt: Marco Spiteri)