Lokali

Jipparkja fuq parkeġġ riservat għal persuni b’diżabiltà u jirrifjuta li jiċċaqlaq

Ix-xufier tal-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis injora t-talbiet biex isuq minn fuq kaxex riservati għal persuni b’diżabiltà fil-parkeġġ ta’ supermarket fiż-żona tal-Luxol, fejn kien ipparkjat bil-karozza uffiċjali.

L-aġir tax-xufier tal-Ministru, li kien qed jistenna lill-istess Zammit Lewis biex jirritorna, urtat lil ħafna. Mhux biss għaliex kien ipparkjat fuq kaxxa għal persuni b’diżabiltà, iżda għax ipparkja bl-addoċċ f’nofs iż-żewġ kaxxi tal-parkeġġ, bil-konsegwenza li min kellu bżonn jipparkja floku ma setax.

Iktar kmieni din is-sena, kien id-deputat Luciano Busuttil li nqabad li kemm hu u martu Dorothy kienu qed jagħmlu użu minn parkeġġ għal persuni b’diżabiltà u minn tag blu (għal persuni b’diżabiltà) meta ma kellux dritt għaliha.