Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma marx għall-intervista li kellu mal-programm Times Talk li jixxandar fuq il-portal timesofmalta.com.
Il-Prim Ministru kien mistieden għal din l-intervista diversi drabi mit-Times of Malta, iżda ġew injorati minn Kastilja.
Ħabbar dan il-preżentatur tal-programm Times Talk, Hermann Grech.
Fil-programm li jixxandar online fuq Times of Malta il-ġimgħa li għaddiet aċċetta l-istedina u wieġeb għall-mistoqsijiet tal-preżentatur il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat matul din il-kampanja elettorali irrifjuta diversi stediniet oħra, fosthom, irrifjuta dibattitu li kienu se jorganizzaw flimkien Times of Malta, The Malta Independent u Malta Today.
Joseph Muscat ma aċċettax ukoll intervista fuq il-programm ta’ The Malta Independent, Indepth kif ukoll dibattitu fuq RTK u diversi intervisti oħra.
Wara li ħarġet din l-aħbar, immedjatament bdew jinħadmu meme’s bir-ritratt li fih jidher il-preżentatur ta’ Times Talk bis-siġġu vojt quddiemu u li fih tpoġġiet “tiġieġa”.
//= $special ?>