Mietu talanqas 16 il-persuna fir-Russja wara li maltemp kbir bir-ragħad laqat lil Moska u r-reġjun ta’ madwarha matul il-lejl li għadda. Intant, il-maltempata kienet imfissra bħala ‘l-aktar waħda qalila u qattiela fil-kapitali għal aktar minn 100 sena’.
Mijiet ta’ siġar tqaċċtu mill-għeruq bl-effetti tal-maltemp, b’kelliema għall-paramediċi fil-kapitali jikkonfermaw li talanqas 150 persuna kellhom jingħataw l-għajnuna medika.
Waqt il-maltemp qamu rwiefen ‘bħall-urugani’, b’veloċità ta’ 110 kilometru fis-siegħa, u li l-meteoroloġisti fissruhom bħala ‘rari ferm għal Moska’. L-irwiefen u l-elementi l-oħra—fosthom ħalbiet tax-xita qawwija — ikkaġunaw ħsarat strutturali fil-bini fost it-tqaċċit ta’ cables tal-elettriku u tipi oħra ta’ straġi.
Ingħad li ħafna mill-mejtin spiċċaw mgħaffġin taħt is-siġar imwaqqgħin – bi 11 il-vittma jinzertaw fil-belt kapitali proprja u b’ħamsa oħra jitiflu ħajjithom fir-reġjun ta’ Moska.
//= $special ?>

