Roma ħabbru li l-kowċ tagħhom Luciano Spalletti mhux se jibqa’ magħhom wara li għażel li ma jġeddidx il-kuntratt li skada fi tmiem dan l-istaġun.
Il-kowċ li għandu 58 sena, minkejja riżultati ferm pożittivi li kiseb dawn l-aħħar snin għażel li jfittex klabb ieħor b’rapporti fil-midja Taljana jsostnu li hu favorit biex jibda jmexxi lit-tim ta’ Inter wara li dawn neħħew lill-kowċ tagħhom Stefano Pioli.
Spalletti kien mexxa lil Roma bejn l-2005 u l-2009 u rritorna magħhom f’Jannar ta’ sena ilu.
Fl-istaġun li għadda huma temmew fit-tielet post filwaqt li dan l-istaġun temmew it-tieni u grazzi għal dan ikkwalifikaw b’mod awtomatiku għaċ-Champions League.
//= $special ?>