Tifel isofri feriti ta’ natura gravi wara inċident tat-traffiku fil-Marsa. Għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar tifel ta’ 7 snin li kien qed isuq rota baqa’ dieħel ġo vettura fi Triq it-Telgħa tal-Ġiżwieti fil-Marsa.
Il-karozza tat-tip Vauxhall Corsa kienet misjuqa minn raġel ta’ 23 sena li joqgħod il-Ħamrun. Ambulanza ġiet imsejħa fuq il-post biex tieħu lit-tifel ta’ 7 snin l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi .
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>