Lokali

Tifla ta’ 12-il sena u tifel ta’ 3 snin jittajru minn karozza fil-Fgura; It-tifla ta’ 12-il sena bi ġrieħi gravi

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji
It-tifla ta' 12-il sena ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li t-tifel sofra ġrieħi ħfief.

Tifla ta’ tnax-il sena u tifel ta’ tliet snin ittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara li tlaqtu minn karozza fil-Fgura.

L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tad-08.45 ta’ dalgħodu fi Vjal il-Kottoner, Fgura.

Jidher li t-tifla ta’ tnax-il sena u tifel ta’ tliet snin ntlaqtu karozza tat-tip Renault Megane, misjuqa minn mara ta’ 46 sena, residenti l-Fgura.

It-tfal ittieħdu l-Isptar Mater Dei bl-ambulanza  sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard it-tifla ta’ 12-il sena ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li t-tifel sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tal-Fgura għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.