Uffiċjal tal-Pulizija kellha tingħata l-kura wara li għamlet dak kollu possibbli biex issalva qattusa li kien ilha maqbuda f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida.
Kienu rapport minn persuni li nnutaw lill-qattusa biex tibda ħidma biex din tinħareġ mill-post fejn kien ilha mingħajr ikel u xorb. Minħabba li s-sit tal-kostruzzjoni hu wieħed privat, kellha tintalab l-assistenza tal-Pulizija u fuq il-post wasal ukoll uffiċjal mill-kumpanija li timmaniġġja s-sit.
Madankollu, fil-ħidma biex tissalva l-qattusa, uffiċjal tal-Pulizija ġarrbet ġrieħa f’idejha u kellha tingħata l-kura. Il-qattusa ma kellha xejn ħlief dehydration minħabba l-ħin twil li għamlet fil-post abbandunat.



