Elezzjoni 2017 Lokali

BIL-PROVI: Joseph Muscat, Keith Schembri u Owen Bonnici kkonfoffaw ma’ Henley and Partners kontra l-midja Maltija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici kienu qed jikkonfoffaw ma’ Henley and Partners, il-kumpanija li tmexxi l-bejgħ tal-passaporti sabiex jagħmlu pjan biex jheddu lill-midja u jwaqqfuha milli tikteb stejjer kontroversjali dwar l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti. Dan kien żvelat fi storja li ppubblikat il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u b’email li żvelat fl-istess storja. Il-Konfoffa kienet qed issir ukoll fil-konfront tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi.

L-email li żvelat Daphne Caruana Galizia intbagħtet lil Joseph Muscat, Keith Schembri, Owen Bonnici, is-CEO tal-Iskema taċ-Ċittadinanza Jonathan Cardona u Christian Kalin, chairman tal-grupp Henley & Partners.

L-ittra kienet indirizzata wkoll lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-edituri ta’ The Malta Independent, Times of Malta, Malta Today, Lovin Malta u lejn Emma Woolcott u Harry Eccles-Williams tad-ditta legali Mischcon de Reya li tintuża minn Henley.

Il-Ġurnalista żvelat li l-erba’ uffiċjali tal-Gvern, fosthom Joseph Muscat u Keith Schembri agħżlu li jużaw l-indirizz bis-server ta’ joseph muscat.com minflok l-indirizz tal-email tal-gvern, @gov.mt.

Daphne Caruana Galizia sostniet li għandha evidenza, fosthom sensiela ta’ emails bejn l-istess indirizzi f’dan il-messaġġ, li l-kumpanija Henley & Partners’ u d-deċiżjoni li jheddu lil ġurnalista b’kawża fil-Qrati Ingliżi, ittieħdet wara struzzjonijiet u konfoffa mal-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri u l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici.