Ftit ġranet oħra l-elettorat Malti se jkun qed jivvota fl-elezzjoni ġenerali straordinarja 2017. Nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju l-elettorat Malti għandu responsabilità kbira sabiex tagħżel gvern ġdid Malti.
Qabel tmur tivvota kun zgur li ssegwi dawn l-instruzzjonijiet:
1. Ħu miegħek id-dokument tal-vot.
2. Meta tidħol fil-kamra tal-votazzjoni agħti d-dokument tal-vot tiegħek lill-uffiċjali tal-Kummissjoni Elettorali.
3. Kun żgur li fuq wara tal-polza tal-vot jkun hemm t-timbru tal-Kummissjoni Elettorali.
4. Ikteb numru 1 fil-kaxxa ta’ ħdejn il-kandidat preferut tiegħek tal-Partit Nazzjonalista. Imbagħad kompli bin-numri 2,3,4,5, etc..
5. Ivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista.
6. Kull numru tista’ tiktbu darba waħda biss. Importanti li ma taqbeż l-ebda numru.
7. Tagħmel l-ebda sinjal ieħor fuq il-polza tal-vot għax ma jibqax validu.
8. Jekk tagħmel żball tippruvax tirrenġah jew tqatta’ l-vot imma staqsi għal ieħor ġdid.
Il-votazzjoni se ssir nhar is-Sibt 3 ta Ġunju bejn is-7AM u l-10PM.
Aqdi dmirek u vvota tajjeb għall-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>