Ilbieraħ filgħaxija, il-kantanta Maltija ta’ 14-il sena reġgħet impressjonat lill-ġurija bit-talent tagħha iżda sfortunatament m’għadditx għas-serata finali ta’ Britain’s Got Talent.
Ilbieraħ Destiny kellha mhux biss tikseb l-appoġġ tal-ġurija imma kif ukoll tal-pubbliku hekk kif kienet totalment f’idejn il-pubbliku biex jivvota u jagħżel lil min jixtieq jara fil-finali ta’ dan ix-show televiżiv.
Destiny għaddiet għas-semi finali wara li rnexxiela timpressjona lill-ġurija, fosthom Simon Cowell li jkun kritiku ħafna fil-konfront ta’ kantanti oħra. Madanakollu fil-każ tal-Maltija kien differenti. Fil-fatt, wara li sema’ lil Destiny tkanta, Simon Cowell baqa’ mistgħaġeb bit-talent tagħha. Wara dakinhar hi għaddiet mad-39 finalist ieħor.
//= $special ?>