Il-ġurnalist James Debono illejla ddikjara li se jivvota lill-Forza Nazzjonali.
Fuq il-blog tiegħu, James Debono iddikjara li hu se jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lill-Partit Demokratiku li se jkun fil-lista tal-Partit Nazzjonalista. Hu sostna li qed jiddikjara dan sabiex ikun taħt l-iskrutinju ta’ dawk li se jiġġudikaw id-deċiżjonijiet tiegħu issa u fil-futur.
Hu sosta li sa mill-1996 hu dejjem iddikjara lil min kien se jivvota, u qed jagħmel l-istess din id-darba, f’elezzjoni tant importanti.
James Debono semma l-ħames konsiderazzjonijiet għaliex hu se jagħżel li jivvota lill-Forza Nazzjonali, dik li Joseph Muscat iddeċieda li jżomm miegħu u jiddefendi lil Keith Schembri u Konrad Mizzi, il-fatt li matul l-aħħar sena l-istituzzjonijiet ġew paralizzati, il-fatt li kien il-Prim Ministru li sejjaħ elezzjoni sena qabel meta kien iffaċċjat bl-allegazzjonijiet dwar Egrant u li allura ġab l-elezzjoni bħala referendum dwar jekk irridux lil Muscat jew le. Raġuni oħra hi li Joseph Muscat dawwar is-saħħa kollha madwaru u r-raġuni l-oħra hi li Muscat falla fil-policies dwar is-settur tal-ippjanar.
//= $special ?>