Elezzjoni 2017 Lokali

“Il-Prim Ministru tilef il-fiduċja ta’ għexieren ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin” – L-Inġinier Marco Cremona

Marco Cremona

“Il-Prim Ministru tilef il-fiduċja ta’ għexieren ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin”, kien dan il-messaġġ ewlieni ta’ l-Inġinier Marco Cremona f’ittra miftuħa lil Prim Ministru Joseph Muscat. Marco Cremona fl-aħħar ġimgħat ħabbar li se jivvota lill-Forza Nazzjonali.

Marco Cremona fl-aħħar elezzjoni ġenerali kien saħansitra indirizza attivita’ politika tal-Partit Laburista.

Fl-ittra miftuħa, (fil-link) Marco Cremona jispjega li ilu jaf lil Joseph Muscat sa mill-2006, meta Muscat sar Mexxej Laburista, saħansitra ħatar lil Cremona f”working group.

Cremona żied jgħid li fl-2013 hu emmen li muscat jista’ jġib bidla, iżda fl-ewwel ftit xhur ta’ Gvern hu beda jara sinjali ħżiena.

Marco Cremona sosta li kollox laħaq il-qofol bil-Panama Papers, bil-Prim Ministru ma jagħmel xejn meta inkixef kollox u saħansitra din waslet biex hu tilef il-fiduċja fil-Prim Ministru.

Fil-ġimgħat li għaddew f’post oħra fuq facebook, Marco Cremona iddikjara li f’din l-elezzjoni tant importanti se jagħti l-appoġġ u l-vot tiegħu lill-Forza Nazzjonali. Sostna li kuntrarju għal dak li għamel fil-passat, din id-darba mhux se jivvota lill-Alternattiva Demokratika.