Il-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia dalgħodu marret mill-ġdid għand il-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta kriminali dwar il-Prim Ministru u l-kumpanija Egrant sabiex tinforma lill-Maġistrat Aaron Bugeja li l-Prim Ministru, iċ-Chief of Staff tiegħu, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Kap tal-Iskema taċ-Ċittadinanza u persuna oħra qed jużaw l-indirizzi tal-email tal-website josephmuscat.com sabiex jikkomunikaw ma’ Henley and Partners, il-kumpanija li tmexxi l-bejgħ tal-passaporti, li tindika li jużaw l-istess email biex jikkomunikaw dwar affarijiet oħra.
Il-ġurnalista rrakomondat il-Maġistrat sbaiex jaġixxi b’mod immedjat biex iġib l-aċċess sabiex jinvestiga s-server ta’ josephmuscat.com, fejn x’aktarx il-maġistrat għandu jsib ħafna tweġibiet.
//= $special ?>