Gvern Nazzjonalista ġdid iżomm dak li hu tajjeb u jibdel il-ħażin f’tajjeb.
Hekk saħaq il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta kien qed jindirizza l-aħħar attività Taħt it-Tinda f’San Ġwann.
Il-Kap tal-PN saħaq li hu għandu tama li l-poplu Malti se jagħżel il-fiduċja mill-biżgħa u ffoka fuq il-biżgħat li xerred il-Partit Laburista matul il-kampanja elettorali u xejjen għal kollox dawn il-beżgħat.
Ewlenija fost dawn il-biżgħa li qed ixerred Muscat li taħt Gvern Nazzjonalist tistagħġna l-ekonomija.
Simon Busuttil saħaq li taħt Gvern Nazzjonalista l-ekonomija mhux biss tkompli tissaħħaħ izda Gvern Nazzjonalista jieħu l-ekonomija fuq livell ogħla fejn jixirqilha.
Simon Busuttil tkellem ukoll dwar diversu proposti li se jkomplu jgħinu lill-ħaddiem iż-żgħir fost dawn it-tnaqqis fit-taxxa għas-sidien tan-negozji iż-żgħar u t-tnaqqis tat-taxxa għall-ħaddiema li jaqilgħu sa 20,000 ewro. Dan minbarra l-proposta ta’ roħs ta’ 5c fil-prezz tal-petrol u d-diesel u l-impenn li l-prezz jibqa’ taħt il-medja Ewropea tul il-leġislatura kollha.
Simon Busuttil indirizza wkoll il-biżgħa li qed ixerred il-Partit Laburista dwar il-futur tal-kaċċa taħt gvern Nazzjonalista.
Il-Kap tal-PN xejjen ukoll il-biżgħa li taħt Gvern Nazzjonalista jistgħu jispiċċaw il-festi jew il-logħob tan-nar.
L-għażla li għandna quddiemna, saħaq Simon Busuttil, hija bejn it-triq ta’ Joseph Muscat li ħammritilna wiċċna u t-triq tal-politika onesta li biha se ndawru paġna ġdida għal pajjiżna.
//= $special ?>