Sport Sport Ieħor

Ippremjati ċ-champions tal-ASMK

L-uffiċjali tal-ASMK flimkien ma’ David Agius (Ritratt - Charlton Buttigieg)

Dan l-aħħar l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat is-serata annwali biex tonora liċ-champions u Runner-up’s ta’ kull sezzjoni fi ħdan l-Għaqda fil-Palazz Verdala fil-Buskett.

Fost ir-rebbieħa tal-karozzi ġew onorati Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo li rebaħ il-kampjonat nazzjonali Autocross Modified, ir-Runner up Malcolm Borg fuq Opel Corsa u Deane Farrugia fuq Citroen AX li rebaħ il-kampjonat nazzjonali Autocross Standard.

Fil-klassi tal-Muturi ġew onorati Clayton Camilleri fuq KTM li rebaħ il-kampjonat nazzjonali Motocross għall-għaxar darba bir-Runner-up ikun ħuh Kyle Camilleri fuq KTM. Damon Bonello fuq Gas Gas rebaħ il-kampjonat nazzjonali tat-Trials u kien segwit minn Rowen Bonello fuq Beta. Matthew Gauci fuq Sherco rebaħ il-kampjonat nazzjonali Enduro għall-ewwel darba u kien segwit mir-Runner-up Joseph Scicluna fuq KTM.

Waqt id-diskors tieghu l-President tal-Assoċjazzjoni Frans Deguara awgura lir-rebbieħa kollha filwaqt li rringrazzja lill-isponsors kollha li wkoll kienu preżenti fis-sala.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sports Chris Agius MP ma’ setax jattendi minħabba mpenji oħra u preżenti kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport David Agius.

L-assoċjazzjoni tat tifkira ta’ ringrazzjament lill-isponsors u ġew onorati wkoll il-membri onorarji li minkejjja li m’humiex fit-tmexxija tal-assocjazzjoni xorta baqgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom minn attività għal ohra.

Dawn kienu l-ekskaxxier tal-assoċjazzjoni Edgar Xuereb, l-eksmembru tal-kumitat Frans Azzopardi u Emanuel Pisani. Membri oħra li ġew onorati huma Lawrence Darmanin u David Camilleri.

Iktar informazzjoni wieħed jista’ jsibha fis-sit elettroniku tal-assocjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-pagni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta.