Asad Shukat Ali, li Vitals Global Healthcare Ltd. qabditu kemm-il darba bħala konsulent tagħha, irċieva għexieren ta’ eluf ta’ ewro f’kont f’Pilatus Bank.
Żvela dan il-ġurnal Times Of Malta.
Dokumenti li ra dan il-ġurnal juru kif Shukat Ali fetaħ kont fil-Bank Pilatus f’isem waħda mill-kumpaniji tiegħu, Planetcore Malta Ltd, u dan meta l-gvern kien qed jinnegozja ma Vitals.
Il-Gvern kien qabel li jagħti l-Isptar Ġenerali t’Għawdex , l-Isptar San Luqa u l-isptar Karen Grech lil Vitals Global Healthcrae għal tletin sena u se jħallas is-somma ta’ €60 miljun fis-sena għas-servizzi minn din il-kumpanija.
The Times saqsiet lil Vitals x’sehem għandu Shukat Ali fil-grupp, imma kelliema għal din il-kumpanija qalet li hu la qatt kien shareholder u l-anqas impjegat. Min-naħa l-oħra hi spjegat li minn żmien għal żmien hu jkun imqabbad mill-kumpanija bħala konsulent għall-iżvilupp ta’ negozju internazzjonali.
Madankollu dokument li qegħdin għand l-MFSA juru li Asad Shukat Ali hu shareholder fil-kumpanija Crossrange Holdings Ltd., li hi shareholder fil-kumpanija Bluestone Investment Malta Ltd., il-kumpanija li hi s-sid ta’ Vitals.
Id-dokumenti jiżvelaw li l-ħlasijiet fil-kont f’Pilatus Bank saru bħala commissions għall-konsulenza u allowance għan-negozjat bejn Vitals u l-gvern.
//= $special ?>