L-għaqda non-governattiva ‘Marsaxlokk Artisanal Fishers’ fetħet protest ġudizzjarju kontra d-diskriminazzjoni li allegatament qed issir fil-konfront tal-membri tagħha.
L-għaqda non-governattiva hi magħmula minn numru ta’ sajjieda li jistadu b’mod tradizzjonali u sostenibbli. Fil-fatt, l-għaqda ġiet stabbilita’ bil-għan li tiproteġi d-drittijiet ta’ sajjieda żgħar kontra industriji kbar tas-sajd. Il-membri tal-istess għaqda huma fil-fatt reġistrati skont il-liġi Maltija u għalhekk għandhom jibbenefikaw mill-Energy Taxation Directive 2003/96/EC li teżenta taxxa fuq il-fuels użati waqt is-sajd. Madanakollu, il-membri ta’ din l-assoċjazzjoni ġew infurmati li mhux se jkunu qed jibbenefikaw iżjed minn din l-eżenzjoni sakemm ma jingħaqdux ma’ kooperattiva oħra tas-sajjieda.
Huwa għalhekk li l-‘Marsaxlokk Artisanal Fishers’ qed tallega att ta’ diskriminazzjoni fil-konfront tal-membri tagħha u li dan qed jikser id-dritt liberu li persuna tingħaqad ma’ assoċjazzjoni. L-assoċjazzjoni kompliet tgħid li din id-diskriminazzjoni se tkun qed twassal lil sajjieda żgħar sabiex jitilfu xogħlhom.
B’din l-allegazzjoni, l-assoċjazzjoni qiegħda għalhekk tappella lill-awtoritajiet sabiex imorru lura mid-deċiżjoni li ttieħdet fil-konfront tal-membri tagħha.
Il-Protest Ġudizzjarju nfetaħ kontra is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, id-Direttur Ġenerali tas-Sajd Dr Adreina Fenech Farrugia, il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi u l-Prim Ministru Joseph Muscat.
L-avukat tal-assocjazzjoni hi Dr Claire Bonello.
//= $special ?>


