Internazzjonali

L-SOS Malta għandha bżonn l-għajnuna tiegħek biex tkompli tgħin lill-persuni fi Sri Lanka

L-SOS Malta diġà bgħatet mal-$2000 sabiex jinxtraw ikel, xorb, ilma u affarijiet bażiċi oħra.

L-SOS Malta qed tirrispondi għat-talba minħabba s-sitwazzjoni ta’ emerġenza li tinsab fiha s-Sri Lanka. Fil-fatt fi Sri Lanka dar l-agħar għargħar f’dawn l-aħħar 14-il sena. Dan l-għargħar sa issa qatel mal-194 persuna filwaqt li eluf kbar oħra jinsabu mingħajr saqaf fuq rashom.

Fortunatament fl-istess disrett fejn sar dan id-diżastru naturali hemm l-SOS Malta li qed taħdem qatiegħ sabiex tgħin lil dawk fil-bżonn. Manadakollu l-SOS Malta għandha bżonn l-għajnuna tiegħek hekk kif diġà bgħatet mal-$2000 sabiex jinxtraw ikel, xorb, ilma u affarijiet bażiċi oħra.

Huwa għalhekk li l-SOS Malta qed tappella lill-pubbliku sabiex jikkontribwixxu lejn dan il-każ ġust.

Id-dettalji kollha sabiex tagħti donazzjoni lil SOS Malta tista’ ssibhom f’din il-link: http://sosmalta.org/donate_now