#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

Pilatus Bank b’sistema apposta biex jinħbew it-transazzjonijiet – The Times

L-FIAU sabet 'velu ta' segretezza' f'Pilatus Bank

Pilatus Bank iħaddem sistema apposta biex kemm jista’ jkun jinħbew it-transazzjonijiet li jsiru minn ‘Politically Exposed Persons’ (PEPs), skont rapport ippubblikat f’The Times.

Skont The Times, l-FIAU (l-aġenzija Maltija ta’ kontra l-frodi) sabet li Pilatus Bank għandu sistema li tagħmilha faċli għall-politiċi, jew persuni qrib il-politiċi, li jagħmlu transazzjonijiet bankarji mingħajr il-livell għoli ta’ skrutinju mitlub mil-liġi.

Jirriżulta li f’Marzu saret spezzjoni f’Pilatus Bank stess minn uffiċjali tal-FIAU, wara li kien sar magħruf li dan il-bank kellu x’jaqsam ma’ persuni qrib politiċi Ażeri.

Skont il-liġi, hemm proċess ta’ skrutinju li kull bank irid iħares meta jiftaħ kontijiet jew jipproċessa transazzjonijiet ta’ persuni qrib il-politiċi. Imma jidher li f’Pilatus Bank dan il-proċess qajla kien qed jitħares. Agħar minn hekk, kienet qed tingħata l-impressjoni li kollox qed isir kif suppost, meta dan ma kienx il-każ.

Skont The Times, l-FIAU innutat żewġ transazzjonijiet partikolari li jammontaw għal €1 miljun, fejn Pilatus Bank naqas milli jiġbor id-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex jiġġustifika dawn it-transazzjonijiet.

Pilatus Bank huwa l-istess bank li fih instabu dokumenti li skont il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jikkonfermaw li l-kumpanija ‘Egrant’ hija tal-mara tal-Prim Ministru. Huwa wkoll l-istess bank li għandu kontijiet bankarji għal Keith Schembri kif ukoll għall-kumpanija ta’ Brian Tonna ‘Willerby Trade’; żewġ kontijiet li bejniethom għaddew mal-€100,000 f’tixħim allegatament minn bejgħ tal-passaporti.

Crew ta’ NET News kien qabad lis-sid ta’ Pilatus Bank Ali Sadr ħiereġ bil-lejl mill-bank bil-bagalji f’idejh, ftit wara li l-iskandlu ‘Egrant’ kien żvelat. Aktar tard, telqet titjira misterjuża lejn l-Ażerbajġan fis-satra tal-lejl.

ESKLUSSIVA BIL-FILMAT: Persuni jaħarbu mill-binja ta’ Pilatus; ma jwieġbux lil Net News