Kurżitajiet Lokali

RITRATTI: Rodney jitla’ 50 sular fiċ-ċumnija ta’ Delimara biex jipproponi lit-tfajla għaż-żwieġ

Rodney Gauci jipproponi lit-tfajla tiegħu għaż-żwieġ
Dan il-proponiment ma kienx wieħed komuni hekk kif Rodney ippropona lit-tfajla tiegħu waqt li suppost kienu fuq xogħol.
Alexia waqt li kienet qed tiġbed flmat minn taħt iċ-ċumnija ta’ Delimara
Il-bandiera mdendla miċ-ċumnija ta’ Delimara għal isfel
Iċ-ċumnija ta’ Delimara

Il-preżentatur u komiku Rodney Gauci għadu kemm ippropona lit-tfajla tiegħu Alexia sabiex tingħaqad miegħu fiż-żwieġ.

Dan il-proponiment ma kienx wieħed komuni hekk kif Rodney ippropona lit-tfajla tiegħu waqt li suppost kienu fuq xogħol. Fil-fatt, filwaqt li Alexia kienet qed tiġbed filmat mill-art ħdejn iċ-ċumnija ta’ Delimara, Rodney kien tiela ħamsin sular ‘il fuq għall-quċċata taċ-ċumnija. Meta mbagħad wasal fuq nett, hu flimkien mal-bqija tat-tim tal-programm Skjetti dendel bandiera ‘l isfel li kellha dawn il-kelmiet fuqha “Will You Marry Me?”. Din kienet sorpriża kbira għal Alexia hekk kif hi kienet mingħaliha li kienu se jdendlu bandiera bil-grafika tal-programm tagħhom stess.

Alexia, il-mara futura ta’ Rodney laqgħet dan il-proponiment b’sorpriża kbira hekk kif ftit wara aċċettat iċ-ċurkett li ppreżentala Rodney stess.