Lokali

Skybet igiddbu lil Joseph Muscat

Muscat qal li Skybet ġejja Malta - il-kumpanija tgħid li applikat biss għal liċenzja

Minkejja li Joseph Muscat qal illi l-kumpanija Skybet “ġejja Malta”, din l-aħbar ġiet imgiddba f’temp ta’ ftit sigħat.

Kien il-Mexxej Laburista li waqt dibattitu irrekordjat fuq il-PBS, u li se jixxandar illejla, stqarr illi “Skybet ġejja pajjiżna”. Muscat kien qed jirribatti argument mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li fisser kif il-korruzzjoni tal-Gvern qed jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tal-pajjiż, tant li din il-ħsara tista’ tipperikola l-postijiet tax-xogħol anke fis-settur tal-gaming.

B’risposta immedjata, Muscat ċaħad li hemm xi inċertezza fis-settur tal-gaming, u żied li mhux talli hekk, iżda talli l-kumpanija ‘Skybet’ ġejja Malta. Imma korrispondenza li ġiet ippublikata fil-mezzi soċjali turi li dan mhux minnu.

“Bħalissa m’għandna l-ebda ħsieb illi niċċaqalqu bl-uffiċji tagħna lejn Malta”, stqarr kelliem għall-kumpanija Skybet wara email mibgħuta minn ċittadin komuni.

Is-sit elettorniku tal-PBS irrapporta li Skybet se tibda topera minn Malta u applikat għal liċenzja. Fil-fatt, l-uniku verita’ hi li saret biss applikazzjoni, u mhux kif qal il-Mexxej Laburista.

 

L-aħbar fuq is-sit ta’ TVM