Arsene Wenger ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal b’sentejn oħra wara li fi tmiem il-ġimgħa għen lit-tim jirbaħ l-FA Cup.
Minkejja r-rebħ tal-FA Cup dan kien staġun diżappuntanti għal Arsenal fejn spiċċaw fil-ħames post fil-kampjonat u b’hekk ma ikkwalifikawx għaċ-Champions League għall-ewwel darba f’ħafna snin.
Minħabba dan kienu ħafna dawk li ipprotestaw kontra Wenger u xtaquh jitlaq lill-klabb imma eventwalment hu ingħata l-fiduċja mid-diriġenti li jridu jibqgħu jaħdmu bil-manager li beda jmexxi lil Arsenal fl-1999.
//= $special ?>