Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fl-Imsida

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 ta' dalgħodu meta r-raġel Ingliż kien qed jaqsam it-Tirq fl-inħawi tal-isptar Mater Dei.

Raġel ta’ 45 sena mis-Swatar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fl-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 ta’ dalgħodu meta r-raġel Ingliż kien qed jaqsam it-Tirq fl-inħawi tal-isptar Mater Dei. Il-karozza li laqtet lir-raġel kienet qed tinstaq minn traġel ieħor ta’ 50 sena minn Birżebbuġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.