Id-Direttur Maniġerjali ta’ The Malta Independent Pierre Portelli waqt il-programm XTRA li xxandar illejla fuq TVM iddikjara li hu ra b’għajnejh id-dokumenti li preżentat il-whistleblower dwar Egrant.
Pierre Portelli sostna li d-dokumenti ma jistgħux ikunu pubblikati għaliex il-whistleblower irċeviet parir mingħand l-ambaxxata Russa biex ma tippubblikax dawn id-dokumenti.
Pierre Portelli kien il-persuna li ltaqa u intervista l-whistleblower ftit wara li ħarġu fil-pubbliku l-allegazzjonijiet dwar Egrant.
Korrezzjoni: Pierre Portelli, kuntrarju għal dak rappurtat meta nkitbet l-istorja, ma rax id-dokumenti tal-whistleblower għand il-maġistrat Aaron Bugeja, iżda meta ltaqa mal-whistleblower.
//= $special ?>