Daniele De Rossi ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Roma b’sentejn oħra, fejn issa mistenni li jiret b’mod permanenti l-faxxa ta’ captain tat-tim wara t-tluq ta’ Francesco Totti.
De Rossi ħabbar dan fuq l-istazzjon tat-TV ta’ Roma, xahar eżatt qabel il-kuntratt preżenti kien se jiskadielu. De Rossi qal li l-ftehim ma’ Roma ilu li ntlaħaq diversi ġranet, iżda hu ma riedx li l-aħbar issir pubblika biex l-attenzjoni kollha tibqa’ fuq l-aħħar logħba ta’ Francesco Totti.
Bħal Francesco Totti, De Rossi li għandu 33 sena kien imwield Ruma u minn dejjem lagħab mal-Giallorossi. De Rossi ma’ Roma lagħab 561logħba u skorja s’issa 59 gowl.
//= $special ?>