Sport Sport Ieħor

GSSE – Deheb għan-nisa Maltin fil-basketball

It-tim tan-nisa jiċċelebra s-suċċess f'San Marino

It-tim nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa mmexxi minn Angela Adamoli rebaħ il-midalja tad-Deheb waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li bħalissa qed isiru f’San Marino.

Malta rebħet il-partita deċiżiva kontra l-Lussemburgu 52-50 b’rimonta mill-aqwa fl-aħħar sessjoni. It-tfajliet Maltin spiċċaw l-ewwel fil-grupp bi tliet rebħiet minn daqstant partiti.

Din hi t-tieni midalja tad-deheb għal Malta f’dan il-Logħob wara s-suċċess ta’ Charlotte Wingfield fl-atletika.