Elezzjoni 2017 Lokali

Il-ġbir tad-dokument tal-vot jintemm illejla sa nofsillejl

Fadal ftit siegħat sabiex jinġabru id-dokument tal-vot biex wieħed jixħet il-preferenza tiegħu fl-elezzjoni ġenerali ta’ nhar is-Sibt. Id-dokumenti tal-vot jistgħu jinġabru biss miċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar illejla sa nofsillejl. Skont ċifri tal-Kummissjoni Elettorali, sa issa għadhom ma nġabrux 10,361 dokument tal-vot.

B’kollox hemm 341,856, li huma eliġibbli għall-vot; li minnhom 169,352 huma rġiel u 172,504 nisa.

Fl-votazzjoni li saret nhar is-Sibt kien hemm votazzjoni qawwija fejn fid-djar tal-anzjani ivvutaw 2,713 votant minn 3131 eliġibbli, fil-votanti li vvutaw qabel ivvutaw 4173 minn 4250 eliġibbli u f’San Vinċenz de Paule ivvutaw 671 minn 860 vot eliġibbli

Illum qed issir il-votazzjoni fl-isptarijiet Mater Dei, Monte Carmeli, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex waqt li għada jivvutaw it-3861 Assistent Kummissjonarju.

Għal din l-elezzjoni se jkun hemm 608 post tal-votazzjoni u 3,570 persuna involuta fil-proċess. Fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti se jkun hemm 857 persuna involuta.