Elezzjoni 2017 Lokali

Il-One iwassal il-messaġġ ta’ Simon Busuttil fost il-Laburisti

Id-diskors tal-kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, illejla, fuq il-Fosos.

Mass Meeting, FOSOS
Kap, Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil
Il-Ħamis, 1 ta’ Ġunju, 2017
Se nsaħħu dak li hu tajjeb u se nneħħu dak li ħażin

• Grazzi / f’mument meta pajjiżna qiegħed isejjħilna biex inkunu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja / Żgħażagħ.
• Huma ftit il-mumenti f’ħajjitna meta jiġri xi ħaġa storika, li tibqa’ tissemma f’pajjiżna, u dan huwa wieħed minnhom.

L-aħħar darba li konna fuq il-Fosos
• L-aħħar darba li konna hawn fil-Fosos – minn qatt kien jimmaġina li 8 xhur wara biss …
• F’Settembru li ghadda konna haw il Fosos, kont tkellimt dwar il-familja tieghi u il-vjagg li ghamilna flimkien: Kristina / Greg / Zak / Pip.
• Ghexna din il-kampanja intensa flimkien, imma mhux wahdena … kellna s support u l energija taghkom ilkoll …
• … ta din il-Forza Nazzjonali
• Bdejn xi ħaġa sabiħa / This is what we started
• … u issa wasal il-mument li nlestu dak li bdejna.

Forza Nazzjonali
Qegħdin hawn mhux biss bħala PN imma bħala Forza Nazzjonali. Din Forza ta’ prinċipji:
• Il-prinċipju tal-LIBERTA’
• Il-prinċipju li kulħadd jitwieled bi drittijiet ugwali;
• Il-prinċipju li int ma tibżgħax tgħid li jrid
• Il-prinċipju li kulħadd għandu jieħu l-opportunitajiet li ħaqqu
• Il-prinċipju tal-ġustizzja u s-saħħa tal-istituzzjonijiet indipendenti;
• U fuq kollox, il-prinċipju tad-demokrazija.

Biża’
Matul dil-kampanja rajna lil min prova jbeżża … mhux bil-fatti imma bil-gideb. Jiena ngħidilkom, tibżgħux! Ejja ma nħallux il-biża toħnoqna. Ejja nneħħu l-ktajjen tal-biza’!

Malta Tagħna Lkoll
Jekk 4 snin ilu emmintu f’Malta Tagħna Lkoll. Imma llum ngħidilkom … iva, Malta tista’ tkun tagħna lkoll. Imma biex Malta tkun Tagħna Lkoll issa jeħtieġ nivvutaw lill-Forza Nazzjonali.

Hawn min għadu jistaqsina kif se tmexxu jekk nirbhu?
• Pajjiżna l-ewwel, fit-tajjeb u fil-ħażin: se nsaħħu dak li hu tajjeb u se nbiddlu dak li hu ħażin.
• U l-ekonomija se tkun prijorita’: inwegħdkom li Il-Forza Nazzjonali se tkabbar il-Forza Ekonomika ta’ pajjiżna.
• Il-Forza Nazzjonali mimlija ekonomisti tajbin; mimlija ħassieba tajbin.
• L-Ekonomija mal-Forza Nazzjonali se tkun b’saħħita, u se tkompli tikber, għax se tkun mibnija fuq pedamenti sodi.
• Mhix se tkun Ekonomija li minnha jgawdu l-ftit, imma ekonomija li minnha jgawdi kulħadd.
• L-Ekonomija se tikber aktar; se tkun ekonomija ġusta; innovativa; trasparenti; ekonomija li tħalli lil kulħadd jaħdem; ekonomija li toħloq xogħol ta’ kwalita’; ekonomija maħsuba għat-tfal tagħna.

Il-Forza Nazzjonali għandha viżjoni għal pajjiżna
• Għandna viżjoni ta’ soċjeta ġusta, fejn l-ekonomija igawdi minnha kulħadd, fejn min stinka biex jasal, jirnexxi u fejn min għandi bżonn l-għajnuna isibha; fejn min hu marad isib l-għajnuna bla ma jittallab, fejn mgħandux saqaf fuq rasu, ngħinuh isib saqaf fuq rasu; fejn il-pensjonanti nagħtuhom ħajja diċenti.
• Għandna viżjoni ta’ soċjeta’ ta’ ugwaljanza fejn id-drittijiet ċivili ta’ kulħadd ikunu rispettati.
• Għandna viżjoni ta’ kwalita ta ħajja aħjar fejn ingawdu ambjent aħjar; fejn il-passatempi tiegħek ikollok ħin tgwadihom; fejn ikollna, l-aqwa toroq, l-isbaħ pjazzez, ġonna u spazji pubbliċi u fejn ma nibqgħux imwaħħlin fit-traffiku.
• Għandna viżjoni li pajjiżna jkun immexxi bl-eżempju: billi noħolqu strutturi biex innaddfu s-sistema politika f’pajjiżna darba għal dejjem; billi neliminaw il-korruzzjoni, billi nwettqu ġustizzja ma min sofra inġustizzji, billi nkunu trasparenti u billi nkunu onesti.
• U fuq kollox, għandna viżjoni li minn nhar it-Tnejn nerġgħu nibnu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, li nagħlqu l-Presidenza Maltija tal-UE billi nibgħatu messaġġ ċar lid-dinja, li pajjiżna huwa nadif u li aħna kburin li aħna Maltin.

APPELLI
• INDEĊIŻI: Hemm min hu indeċiż għax issa, fl-aħħar ġimgħat, fl-aħħar jiem, fl-aħħar siegħat, ħa dak li hu tiegħu bi dritt mingħand il-Gvern li huwa ddisprat biex jixtri l-voti. Jiena mgħandix dubju li b’daqshekk mhux se tħalluh jixtrikom. Ivvutaw skont ma tgħidilkom il-kuxjenza tagħkom … Ftakar li fil-kamra tal-vot se tkun waħdek. Ftakar li l-kuxjenza tagħna mhix għall-bejgħ. Our soul is not for sale.
• APPELL MINN ŻGĦAŻGUGĦ ta’ 25 sena, Karl, li ltqajt miegħu il-bieraħ; dan beda start-up to prova jsib investiment mill-Istati Uniti; f’temp ta’ kwarta qalulu le għax Malta black-listed; Karl għandu ġenn biex imur jivvota nhar is-Sibt imma talabni nagħmlilkom appell u jien wegħdtu li se nagħmlu. Qalli, għidilhom “morru ivvutaw, morru ivvutaw għaż-żgħażagħ, morru ivvutaw għall-futur tagħna, morru ivvutaw għall-opportunitajiet tagħna.”

• U INDUR FUQKOM BIEX TGĦINUNI … nixtieq is-skiet. Nistedinkom tagħlqu għajnejkom u taħsbu għal ftit sekondi … aħsbu f’persuna li tafu, li sa issa għadha ma ddeċiditx, jew li iddeċidiet li mhux se tivvota, jew li għadha imweġġa minn żmien il-Gvern Nazzjonalista … aħsbu għax żgur hemm persuna li tafu.
• PAUSE
• Forsi xi ħadd tal-familja, forsi xi ħabib, forsi xi ħadd fuq il-post tax-xogħol, forsi xi ħadd joqgħod ħdejkom …
• Issa rridkom twegħduni li mill-lum sas-Sibt morru sibu lil din il-persuna u fehmuha li pajjiżna qiegħed isejjħilna u li għandna bżonn lil kulħadd.
• Jekk tħossu li għandkom bżonn l-għajnuna ikkunttatjawna u ngħinukom aħna.
• Jekk jirnexxilkom tipperswadu il-persuna li ħsibtu fija, tkunu tajtu l-akbar rigal lil pajjiżna f’dan il-mument storiku.
• Minn-naħa tiegħi jiena inwegħdkom li se nżomm il-kelma tiegħi fuq kull ħaġa li għidtilkom – għax il-kelma tiegħi hija r-rabta tiegħi.

Konkluzjoni
• L-istorja tagħna nafuha lil dawk ta qabilna, dawk li kienu fuq in-naħa tas-sewwa qabilna; dawk li kienu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja qabilna; dawk li qamu għal Malta meta Malta kellha bżonnhom.
• Illum jeħtieġ li bis-sehem tagħna niżguraw li dawk se jiġu warajna ikunu jafuh lilna bħal ma aħna nafuħ lil ta qabilna.
• F’dan il-mument huma xierqa infakkru l-kliem immortali ta’ Dun Karm li talab lil Alla:
• “Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha.” U llum aħna wkoll nitolbu lil Alla biex fit-tlieta ta Ġunju jagħti d-dehen lill-poplu li se jiddeċiedi, fis-sovranita’ tiegħu, lil min se jmexxi lil pajjiżna.
• Dun Karm kompla jgħidilna: “Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa ‘l-ħaddiem”. Is-saħħa tal-ħaddiem tiġi meta min imexxi ikun tassew lest li jħares lill-ħaddiema u mhux lili nnifsu. Ikun tassew lest iservi u mhux jisserva.
• … u Dun Karm temm jgħid:“Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.”
• MELA EJJEW NINGĦAQDU f’dan il-mument meta pajjiżna qiegħed isejjħilna, ejjew inkunu nazzjon wieħed, familja waħda, għax f’dawn il-mumenti hemm bżonn l-għaqda biex ikollna s-sliem.
• Ejjew ningħaqdu u nkunu akbar minn kull klikka li ħakmet il-poter.
• Ejjew ningħaqdu u nkunu forza kbira, forza ta’ poplu, forza tar-raġuni, Forza Nazzjonali.
• Ejjew ningħaqdu u nagħmlu dak li hu sewwa għax is-sewwa jirbaħ żgur.
• Ejjew ningħaqdu fl-għażla tagħna għal pajjiżna. L-għażla bejn il-passat li ġarrabna fl-aħħar erba’ snin u l-futur li qed jgħajjtilna, il-futur li qed jinfetħilna, il-futur li se ngħixu flimkien meta nhar is-Sibt immorru u bil-vot tagħna ngħidu: Jien nagħżel Malta.