Fi stqarrija uffiċjali, l-MFA ħabbret li l-UEFA infurmatha li bdiet proċeduri dixxiplinarji b’rabta mal-investigazzjoni dwar allegazzjonijiet ta’ attentati ta’ korruzzjoni f’żewġ partiti li t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena lagħab is-sena l-oħra.
Il-partiti huma logħbiet minn Grupp 1 tal-kompetizzjoni ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew, dawk bejn Malta u l-Montenegro (0-1) li ntlagħbet f’Kordin fit-23 ta’ Marzu tal-2016 u Malta kontra r-Repubblika Ċeka (0-7) li ntlagħbet f’Ta’ Qali fid-29 ta’ Marzu tal-2016.
Filwaqt li se tkompli tassisti u tikkopera mal-UEFA matul dawn il-proċeduri, l-MFA qalet li mhux se tkun qed tagħti iktar kummenti dwar dan il-każ sakemm il-proċess dixxiplinarju jkun konluż.
//= $special ?>