“Din mhux elezzjoni bħall-oħrajn. Tletin sena ilu, din il-pjazza laqgħet lill-poplu Malti fil-mument tal-prova. Elezzjoni li kellha ġġib in-normalita’ lura f’pajjiżna. Iġġielidtu għax-xogħol, il-ġustizzja u l-liberta’. Irbaħna lkoll bħala poplu Malti wieħed. Wara dak il-vot ta’ 30 sena ilu, qatt ma kont naħseb li se titla’ klikka ta’ politiċi mingħajr valuri u li l-arloġġ jitreġġa’ lura u qiegħdin mill-ġdid f’salib it-toroq.”
Kliem il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco li nnota kif wara 4 snin għandna Gvern Laburista’ fl-isem iżda mhux fir-ruħ. Muscat difen il-moviment li tellgħu u qed imexxi pajjiż b’koalizzjoni ta’ korruzzjoni. Kisser l-istituzzjonijiet kollha ta’ pajjiżna. Il-Gvern ħammeġ lill-pajjiż u ġabna il-Panama fl-Ewropa.
“Ta’ dan jaħti biss Joseph Muscat u l-koalizzjoni ta’ korruzzjoni li dawwar lilu nnifsu biha,” iddikjara Mario de Marco. Hu qal li dan il-Gvern “waqa’ fil-korruzzjoni. Pajjiżna jinsab fix-xifer tas-sur iżda aħna preżenti hawnhekk għandna l-opportunita’ ngħidu lill-Muscat: m’aħniex se naqbzu miegħek.”
Kompla: “Mhux se nisirqu it-tama ta’ uliedna u l-futur taż-żagħżagħ. Wasal iż-żmien biex inħarsu lejn dak li jgħaqqadna bħala poplu. Il-valur tas-sewwa. Li tkun Malti hu li tgħix ħolma ta’ poplu fejn popli oħrajn ferm iktar, qatt ma waslu. Il-Poplu Malti u Għawdxi qatt ma jċedi ruħu.”
Iddeskriva lil Malta bħala pajjiż li meta jara l-maltemp, ma jinżilx jistaħba, l-ikbar fil-qlubija u fl-onesta’ tal-ħaddiema tiegħu. Dan mhux il-pajjiż ta’ pajjiż bla sinsla. Pajjiż ta’ Nerik Mizzi, George Borg Olivier, Duminku Mintoff, Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi. Dawn kienu kollha għażla lil Malta l-ewwel u qabel kollox.
//= $special ?>