#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

Keith Schembri u Joseph Muscat flimkien għall-aħħar mass meeting

Minkejja l-iskandli - Keith Schembri u Joseph Muscat flimkien sal-aħħar mumenti ta' din il-kampanja elettorali

Qabel ma’ Joseph Muscat tela’ jindirizza l-mass meeting tal-Partit Laburista f’Ħal Far, deher ħdejh jakkumpanjah fil-ġenb tal-palk iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri.

Fl-aħħar ftit sigħat tal-kampanja elettorali – deher biċ-ċar li Keith Schembri għad għandu l-fiduċja sħiħa ta’ Joseph Muscat minkejja li dan hu l-istess persuna li hu involut f’diversi skandli – skandli li tappnu isem pajjiżna mad-dinja kollha.

Keith Schembri hu involut f’żewġ inkjesti kriminali – waħda dwar tixħim mill-bejgħ tal-passaporti u l-oħra dwar tixħim flimkien ma’ Adrian Hillman, eks Direttur Maniġerjali ta’ Allied Newspapers.

Iżda Joseph Muscat ripetutatment qal li hu għandu fiduċja f’Keith Schembri minkejja l-provi u r-rapporti tal-FIAU li jikkonfermaw l-involviment tiegħu f’dawn l-iskandli li ħakmu lill-Gvern Laburista.

Dawn huma l-provi tal-iskandli li ħakmu lil Gvern Laburista. Agħfas fuq dawn t’hawn taħt biex taċċessa l-provi: