Elezzjoni 2017 Lokali

Kristina tħeġġeġ in-nies biex illejla fuq il-Fosos iġibu l-bnadar, anke dawk tal-Labour

Fi blog li kitbet Kristina Chetcuti, il-partner ta’ Simon Busuttil, ħeġġet in-nies biesx illejla jattendu għall-Mass Meeting tal-Forza Nazzjonali fuq il-Fosos tal-Floriana, waqt li ħeġġet in-nies biex jieħdu magħhom kull xorta ta’ bandiera, anke dawk tal-Partit Laburista.

Dan b’messaġġ ċar li l-Forza Nazzjonali hija Forza b’nies minn kull qasam tal-ħajja u b’saħansitra nies li fl-aħħar elezzjoni vvutaw lill-Partit Laburista.

Il-Mass Meeting jibda fis-6:30p.m. u se jkun indirizzat minn diversi kelliema, bil-mass meeting jilħaq il-qofol tiegħu bid-diskors tal-Kap tal-PN Simon Busuttil.

Wara l-mass meeting fuq il-Fosos se jkun hemm attivita’ taħt it-tinda li tibqa’ sejra sa nofsillejl u li se tixxandar live fuq Net Television.

In-nies bdew jinġabru fuq il-Fosos sa minn kmieni wara nofsinhar