Internazzjonali

Kritika ħarxa wara li l-Istati Uniti irtirat mill-ftehim dwar il-klima

Hemm għadab madwar id-dinja għad-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump li jirtira mill-ftehim internazzjonali li jipproteġi l-atmosfera mit-tniġġiż.

Trump qal li dan il-ftehim kien jikkastiga l-aktar l-ħaddiema Amerikani.

F’diskors mill-White House, Trump qal iżda li kien lest jinnegozja ftehim ġdid. Minn dan il-ftehim li minnu rtira Trump, magħruf bħala l-Ftehim ta’ Pariġi, huma biss is-Sirja u n-Nikaragwa li ma ffirmawħx.

L-Unjoni Ewropea wissiet lill-Istati Uniti li ma kienx aċċettabli li dan il-ftehim jiġi negozjat mill-ġdid. Dwar il-pass li ħa Trump, kien kritikat fost l-oħrajn anki min-Nazzjonijiet Uniti.

Trump sostna li permezz ta’ dan il-ftehim kienu se jintilfu 6.5 miljun impjieg filwaqt li kien jiffavorixxi pajjiżi bħall l-Indja u ċ-Ċinia li jniġġżu ħafna l-atmosfera bl-industrji tagħhom.