Elezzjoni 2017 Lokali

L-elettriku tal-Interconnector huwa irħas minn dak tal-power station tal-gass

Xellug: L-interconnector; lemin: it-tanker li jissuplixxi l-gass lill-powerstation li swiet €400 miljun
L-elettriku ġġenerat mill-interconnector ma' Sqallija huwa irħas minn dak iġġenerat mill-power station tal-gass

L-Enemalta għadha qed tixtri l-akbar ammonti ta’ elettriku li hu bżonnjuż għall-pajjiż mill-interconnector – minkejja li ntefqu €400 miljun fil-power station tal-gass f’Marsaxlokk.

Ippublikat dan The Times of Malta – fejn dan l-istess artiklu jgħid li l-Enemalta rrifjutat li tippubblika d-dettalji dwar l-elettriku u minfejn ġie, bl-iskuża ta’ sensittivita’ kummerċjali.

Madanakollu, The Times of Malta rnexxielha tikseb din l-informazzjoni u sar magħruf li fl-ewwel 23 ġurnata wara li ġiet inawgurata l-power station il-ġdida tal-Electrogas xorta waħda l-Enemalta ħadet l-akbar ammont ta’ elettriku mill-interconnector.

L-istess rapport jindika li s’issa l-powerstation tal-gass għadha qatt ma ġiet użata sal-kapaċita’ massima tagħha – dan minħabba li l-elettriku li jiġi importat minn Sqallija huwa irħas meta kkumparat mal-elettriku ġġenerat mill-power station tal-gass.

L-interconnector hu proġett li twettaq mill-aħħar amminsitrazzjoni ta’ Gvern Nazzjonalista.

The Times qalet ukoll li fis-16 ta’ Mejju il-power station tal-gass intfiet għal numru ta’ sigħat minħabba ħsara teknika.Għal din ir-raġuni, l-interconnector żied fl-elettriku ġġenerat biex ipatti għan-nuqqas tal-power station. Uffiċjali tal-Enemalta stqarru li l-elettriku li jinxtara mill-interconnector huwa irħas minn dak li hu ġġenerat mill-power station tal-Electorgas.

F’din l-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali l-Electrogas kienet tinsab f’kontroversja oħra – dan hekk kif sar magħruf li Konrad Mizzi kien qiegħed jieħu kickbacks minn Dubaj mill-proġett tat-tanker tal-gass.

Din hi l-informazzjoni li ppublikat The Times of Malta: