In-Nazzjon tal-lum b’edizzjoni speċjali b’rabta mal-aħħar jum tal-kampanja elettorali qabel il-vot fl-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li ġej. Minbarra l-aħħar aħbarijiet u żviluppi tal-aħħar sigħat tal-kampanja elettorali, In-Nazzjon qed jippubblika r-ritratti u tagħrif dwar il-kandidati kollha tal-Forza Nazzjonali mmexxija mill-Partit Nazzjonalista f’koalizzjoni mal-Partit Demokratiku.
Il-paġni tal-analiżi u l-opinjonijiet jinkludu messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u tal-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia.
In-Nazzjon 01.06.2016
