Il-kumpanija Skybet giddbet ir-rapporti li se tagħmel rilokazzjoni lejn Malta. Dan ifisser li l-kumpanija, la se tiftaħ uffiċċji f’Malta u lanqas tħaddem Maltin magħha.
Il-konferma tasal wara kuntatt li The Malta Independent għamlet mal-istess Skybet. Net News ilbieraħ ippubblika wkoll korrispondenza oħra ta’ persuna li bagħtet lil din il-kumpanija u wkoll kellu konferma li l-kumpanija mhix ġejja f’pajjiżna.
Fir-risposta tal-kumpanija, uffiċjal qal lil The Malta Independent li “kulma għamilna kien li applikajna għal liċenzja. Dan mhux se jkollu impatt dwar minn fejn noperaw.” Mistoqsi jekk il-kumpanija hix ġejja f’Malta, l-uffiċjal kien ċar: “Not anytime soon.”
Il-kumpanija spjegat li dak li għamlet kien li talbet liċenzja mill-Malta Gaming Authority biex b’hekk tkun tista’ toffri l-possibbiltà li l-Maltin jilagħbu l-flus fuq is-sit tagħhom. Dan għaliex, mingħajr rikonoxximent mill-MGA, l-ebda kumpanija tal-imħatri onlajn ma’ tista’ topera fis-suq Malti.
Wara li ħarġu ċ-ċaħdiet mill-kumpanija, filgħaxija Joseph Muscat dawwar id-diskors u beda jgħid li l-kumpanija applikat għal-liċenzja, wara li f’dak li kellu jkun mass meeting f’Għawdex, kien qal li “Skybet ġejja f’Malta.”
//= $special ?>