F’messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna, hu saħaq li l-politika li taħdem għall-interessi tal-ftit tmur kontra l-iskop tal-politika. Fuq is-sit Newsbook, l-Arċisqof qal li meta fis-soċjeta’ jinbtu l-velenu tal-korruzzjoni u l-velenu tal-gideb, dawn mhux biss inaqqsu d-dinjita’ tal-bnedmin iżda wkoll jidħol velenu li jwassal għall-kunflitti.
L-Arċisqof stqarr li l-ġustizzja soċjali tirrikjedi li min ikun fil-Gvern irid iħares il-prinċipji importanti tal-verita’ u tal-ġid komuni. Fid-diskors tiegħu semma’ kif hemm bżonn li nibżgħu għall-ambjent ta’ Malta, biex dan jgħin il-kwalita’ tal-ħajja tal-bniedem.
Dan il-messaġġ mill-Arċisqof ikompli jibni fuq dak li kien stqarr l-Isqof Mons Mario Grech, meta kien stqarr: “Min bla kuxjenza jinżel fil-ħama tal-korruzzjoni, mhux biss ikun jistagħna inġustament, imma jkun jirkeb fuq dahar ħaddieħor”.
Din it-tema tal-korruzzjoni tkompli mad-diskors tal-Papa Franġisku li jgħid li lill-korrotti għandna norbtulhom blata ma’għonqhom u nitfugħhom il-baħar, u żied li li għall-korruzzjoni jħallas il-fqir. Waqt żjara fl-Kenja fl-2015, il-Papa Franġisku ddeskriva l-korruzzjoni qisu z-zokkor: ħelu jogħġobna faċilment, iżda mbagħad nispiċċaw ħażin. B’wisq zokkor faċli nispiċċaw dijabetiċi u anki l-pajjiż tagħna jsir dijabetiku.
Sena qabel dan l-episodju wkoll, f’omelija tal-Papa kien sejjaħ lill-korrotti ħallelin u tradituri. F’din l-ittra pastorali l-Isqfijiet fakkru fid-dmir li nivvutaw, iżda fakkru wkoll għall-importanza li nivvutaw favur il-ġid komuni u għal nies integri. Żgur li dan ifisser vot kontra min hu korrott.
//= $special ?>