Sport Sport Ieħor

GSSE – Deheb għal Gianluca Chetcuti fid-Double Trap

It-tiratur Gianluca Chetcuti rebaħ id-deheb fid-Double Trap

It-Gianluca Chetcuti għadu kemm rebaħ il-midalja tad-deheb meta spiċċa fl-ewwel post fil-finali tad-Double Trap. Fl-istess kompetizzjoni kien qed jieħu sehem William Chetcuti li spiċċa fir-raba’ post.
Fil-finali Gianluca għeleb l-isfida ta’ Leontiou ta’ Ċipru billi laqat 69 plattina, waħda aktar mill-eqreb avversarju tiegħu.

Fit-tielet post temm tiratur Ċipprijott ieħor, bl-isem ta’ Djovanis Savvides li laqat 48 plattina. William ma tantx mar tajjeb meta wieħed iqis li kien hu li temm l-ewwel fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni. Hu laqat 39 plattina.

Din hi t-tielet midalja tad-deheb li rebħet Malta f’San Marino wara s-suċċessi ta’ Wingfield u tat-tim tan-nisa tal-basketball.