Lokali

RITRATTI: Karozza tinqaleb f’Bormla; Omm u bintha l-isptar

Jidher li għal xi raġuni l-karozza nqalbet u it-tnejn spiċċaw maqbuda ġewwa fiha.

Għall-ħabta tas1.30PM seħħ inċident tat-traffiku f’Bormla. L-inċident seħħ qrib Bieb is-Sultan bejn Bormla u Ħaż-Żabbar.

Fil-karozza kien hemm sewwieqa ta’ 48 sena u bintha ta’ 13-il sena. Jidher li għal xi raġuni l-karozza nqalbet u it-tnejn spiċċaw maqbuda ġewwa fiha. Fil-fatt fuq il-post tal-inċident issejħet l-għajnuna medika u membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lil mara u lil bintha mill-karozza. It-tnejn ittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura imma l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

Iktar informazzjoni fil-ħin li ġej.