Lokali

Tindarab gravi wara li ttajret minn karozza fil-Gudja

Ritratt: Mill-arkivji
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45AM fi Triq il-Palazz il-Gudja.

Mara ta’ 59 sena minn Ħal Għaxaq tindarab gravi wara li ttajret minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 44 sena miż-Żurrieq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45AM fi Triq il-Palazz il-Gudja. Fuq il-post isseħjet l-ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn ftit wara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.