Il-midfielder ta’ Manchester City Yaya Toure ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena mas-Citizens.
Sa minn kemm ilu ma’ City Toure minn dejjem kien plejer strumentali għalihom fejn magħhom rebaħ darbtejn il-kampjonat u darbtejn il-League Cup.
Madankollu fil-bidu ta’ dan l-istaġun deher li l-avventura tiegħu ma’ City kienet se tiġi fi tmiemha wara li l-manager Pep Guardiola beda jħallih barra mit-tim.
Minn Novembru li għadda Toure, grazzi għall-wirjiet tajbin li kellu reġà kiseb postu fit-tim u tant li issa d-diriġenti ddeċidew li joffru lil dan il-plejer ta’ 34 sena kuntratt ġdid. Sa issa Toure lagħab 299 darba ma’ Man City u skurja 81 gowl.
//= $special ?>