Elezzjoni 2017 Lokali

Anzjana ta’ 97 sena ma taqtax qalba – u toħroġ tivvota

F’jum l-elezzjoni ġenerali huma bosta dawk li joħorġu jesprimu l-opinjoni tagħhom u jivvotaw – iżda ta’ min japprezza l-isforz li l-anzjani Maltin jagħmlu biex fix-xemx tiżreġ tal-llum, xorta waħda ma qatgħux qalbhom u ħarġu jipparteċipaw huma wkoll.

Eżempju wieħed hu ta’ Giovanna Pace – mara ta’ 97 sena mis-Siġġiewi li ħarġet tivvota. Dan ir-ritratt li ttella’ fuq il-profil ta’ Facebook tan-neptija, jitkellem waħdu dwar ir-rieda tajba ta’ din l-anzjana li tipparteċipa fid-deċiżjonijiet ta’ pajjiżna.